Kumitat Investigattiv fir-Russja beda inkjesta kriminali wara li ajruplan militari ġġarraf f’zona residenzjali fin-nofsinar tas-Siberja.
L-ajruplan (fighter) tat-tip Sukhoi Su-30 baqa’ dieħel f’residenza ta’ żewġ sulari fil-belt ta’ Irkutsk, biż-żewġ piloti jitilfu ħajjithom fl-inċident.
B’xorti tajba ma weġġgħu l-ebda residenti, bl-investigazzjoni qed tiddetermina jekk il-piloti inkwistjoni kistux ir-regoli għas-sigurtà tal-ajru.
L-ajruplan kien qed jagħmel titjira ta’ prova ftit qabel iġġarraf, bil-filmati fuq il-media soċjali juruh waqt li kien nieżel f’direzzjoni vertikali u qabel sploda, dritt mal-impatt mal-bini.
//= $special ?>

