Budget 2023 Ekonomija Lokali

Iż-żieda għall-għoli tal-ħajja se tkun ta’ €9.90 – l-istudenti se jieħdu ewro fil-ġimgħa

Kif kien mistenni, iż-żieda għall-għoli tal-ħajja se tkun ta’ €9.90. U għall-pensjonanti, €12.50 fil-ġimgħa.

Il-ġenituri se jieħdu €90 għat-tfal bħala għajnuna. U l-istudenti se jingħataw ewro fil-gimgha.

Dwar it-traffiku, ma ssemma’ assulutament xejn, ħlief li se jiddiskuti. U dwar l-AirMalta, ma tax assigurazzjoni li se jzommha.

Fl-istess waqt il-Gvern se jerga’ johrog miljuni għall-kuntratt tal-isptarijiet. Filwaqt li d-dejn nazzjonali tela’ għal 60%.

Dawn huma biss uħud mill-punti ewlenin li jispikkaw mid-diskors twil illi wassal fil-Parlament il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana, meta t-Tnejn preżenta l-Budget tiegħu – diskors li daħal bih fil-Kamra tar-Rappreżentanti f’bagalja ħamra, ġdida fjamanta.

Waqt diskors partiggjan tal-”intom” u “aħna”, il-Ministru Caruana ikkonferma li mill-UE, se jaslu miljuni li se jmorru għal proġetti u inizjattivi importanti.

Filwaqt li ammetta li 80,000 persuna jinsabu f’riskju ta’ faqar, Clyde Caruana qal li l-Gvern tieghu se jnaqqas il-faqar b’0.4 fil-mija.

Waqt il-Budget, Clyde Caruana ma offra ebda strategija dwar kif il-Gvern se jindirizza l-isfidi fuq il-kwalita tal-hajja tal-familji, l-anzjani, iż-żgħażagħ, l-istudenti u l-ħaddiema ta’ pajjiżna. Dan meta fil-preżentazzjoni tiegħu, ma ħabbar ebda settur ekonomiku ġdid illi jista’ joffri pagi aħjar u jobs ta’ kwalità.

Il-Ministru filwaqt li mar lura fl-istorja għal 120 sena ilu, u anke għal żmien it-Tieni Gwerra, ma qal xejn lanqas dwar in-nefqiet bla razan li għadhom isiru f’positions of trust u direct orders kontroversjali. Għalkemm xorta hemm setturi fejn il-Gvern qed jissikka ċ-ċintorin; fosthom fl-Università.