Bejn Lulju u Settembru ta’ din is-sena f’pajjiżna ġew illeċenzjati 65 vettura ġdida kuljum. Dan ħareġ f’rapport tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika hekk kif il-karozzi liċenzjati jammontaw għal 6,013.
Dan ifisser li waqt it-tielet kwart ta’ din is-sena l-vetturi żdiedu b’3,322 meta mqabbel mat-tieni kwart ta’ din is-sena
F’dan ir-rapport ħareġ ukoll li sal-aħħar ta’ Settembru f’pajjiżna għandna 422,576 vettura illiċenzjati hekk kif 74.9% tal-karozzi kienu privati filwaqt li kienu biss 10.3% muturi, quadricycles, e-kick scooters jew ATVs ġodda li ġew illiċenzjati. Matul it-tielet kwart ta’ din is-sena żdiedu medja ta’ 36 vettura kuljum fit-toroq Maltin. Dan juri nuqqas hekk kif waqt it-tieni kwart ta’ din is-sena kien ikun hawn 50 vettura kuljum iżda min-naħa l-oħra fit-tielet kwart tas-sena li għaddiet kien ikun hawn żieda ta’ 31 vettura kuljum.
Minn naħa l-oħra, kienu 6,845-il vettura li tneħħew mit-toroq minħabba diversi restrizzjonijiet. Minn dawn 35.7% ittieħdu għall-iscrap, 31.5% kienu mibjugħa filwaqt li 30.7% tpoġġew f’garaxx. Intant, waqt dan il-perjodu 4,537 vettura ma baqgħux taħt restrizzjoni.
Intant, f’pajjiżna hawn biss 10,805 karozza elettrika iżda meta tikkumpara mat-tieni kwart ta’ din is-sena kellna żieda ta 58.3% ta’ karozzi elettriċi.
//= $special ?>