“Ċerti miżuri li se jisplodu l-inflazzjoni qisek qed titfa’ l-ħatab fin-nar. Il-miżuri l-ħatab. U l-inflazzjoni n-nar li iktar se jitkebbes”. Hekk stqarr l-opinjonista Franco Debono fl-ewwel reazzjoni tiegħu wara l-Budget ta’ kważi tliet sigħat li ġie preżentat mill-Ministru Clyde Caruana.
Franco Debono ma naqasx ukoll milli jikkritika d-deċiżjoni tal-istess Ministru li jibda juża bagalja ġdida għall-Budget, ta’ lewn aħmar.
