Fl-ewwel reazzjoni tagħha għall-Budget 2023, il-General Workers’ Union qalet li tqis dan il-Budget bħala wieħed soċjalment ġust u responsabbli li se jkompli jibni fuq il-qafas soċjali ta’ budgets imgħoddija.
Għall-GWU l-aktar miżura importanti hija li l-Gvern qed jiggarantixxi li se jibqa’ jissussidja l-prezz tal-enerġija, fjuwil u ċereali. Spiża li se tammonta għal €608 miljun. Dan mingħajr ma jintroduċi taxxi ġodda, kif ukoll qed jiggarantixxi s-sostennibilità fiskali ta’ pajjiżna.
l-GWU sodisfatta wkoll biż-żieda lill-pensjonanti, id-dħul tat-tieni mekkaniżmu addizzjonali tal-COLA, iż-żieda fiċ-Childrens’ Allowance, iż-żieda fil-Carers’ Grant, l-għotja għall-1st time buyers, iż-żieda fl-istipendji u refunds tat-taxxa fost oħrajn.
Huma sodisfatti wkoll li huwa antiċipat li t-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna fis-sena 2023 jista’ jilħaq sa 4.6% filwaqt li se jniżżel id-defiċit minn 8% għal 5.8%.
//= $special ?>