“M’hemm l-ebda Pulizija ngaġġat mal-Kulleġġ San Albert il-Kbir. “
Sostnew dan ir-Rettur Fr.Aaron Zahra flimkien mal-Amministrazzjoni tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir li ċaħdu kategorikament l-allegazzjonijiet tal-MUT li hemm pulizija pajżana impjegati mal-Kulleġġ sabiex iwettqu xogħol ta’ superviżjoni mal-istudenti flok l-edukaturi.
Ir-Rettur spjega li bħala parti mill-attivitajiet li jiġu organizzati għat-tfal, żewġ uffiċjali tal-Pulizija kienu l-iskola nhar l-Erbgħa 12 ta’ Ottubru bħala parti minn sessjoni mal-istudenti rigward l-irwol tal-Pulizija fil-Komunità.
Dan wara li l-Unjin tal-Għalliema ħabbret li kkomunikat mal-awtoritajiet tal-Knisja kif ukoll mal-Ministeru tal-Edukazzjoni wara li allegat li r-rettur tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir kien qed iqabbad uffiċjal tal-Pulizija sabiex jagħmel dak kollu li jkun hemm bżonn fl-iskola…inkluż superviżjoni mat-tfal.
//= $special ?>