Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke poġġiet raġel taħt ordni ta’ probation għall-perjodu ta’ tliet snin wara li ammetta li ħebb u kkaġuna ġrieħi ħfief fuq martu. Mill-provi rriżulta li huwa wettaq ir-reati quddiem żewġt uliedu taħt l-età u dan minħabba l-problema ta’ xorb alkoħoliku li għandu.
Il-Qorti ordnat biex ma jixxandar l-ebda dettal li jista’ jwassal biex jiġu identifikati l-membri tal-familja. Huwa ammetta li wettaq reati b’rabta ma’ vjolenza domestika fid-19 ta’ Ottubru li għadda u qabel u f’ħinijiet differenti. Ammetta li kkaġuna lil martu li se tintuża vjolenza kontriha jew kontra l-proprjetà taghħa, liema reat twettaq ripetutament quddiem il-minuri.
Ammetta wkoll li fid-19 ta’ Ottubru 2022, bejn it-15.30hrs u l-16.15hrs; mingħajr il-ħsieb li joqtol jew li jqiegħed il-ħajja ta’ martu f’periklu cċr, volontarjament ikkaġuna ħsara fil-ġisem jew fis-saħħa tagħha, u cioe’ offiża ħafifa fuq il-mara tiegħu, hekk kif iccertifikaha t-tabib Robert Patinott Huwa ammetta wkoll li hedded b’oġġett iebes li ntużat bħala arma fuq il-mara tiegħu.
Il-Qorti ġiet mitluba wkoll biex tipprovdi għas-sigurta’ tal-mara sabiex tinżamm il-paċi pubblika, Wara li r-raġel ammetta l-akkużi miġjubin kontra tieghu u kkonferma din l-ammissjoni anke wara li l-Qorti tagħtu żmien jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu.
Dwar il-piena l-Qorti ħadet in konsiderazzjoni min-naħa n-natura tar-reati li tagħhom instab ħati l-imputat u min-naħa l-oħra l-koperazzjoni tieghu mal-pulizija, l-ammissjoni f’l-aktar stadju bikri ta’il-proċeduri, l-kondotta netta
tiegħu u l-fatt li huwa lest li jieħu l-kura neċċessarja biex jegħleb il-vizzji tax-xorb alkoħoliku.
Għal dawn il-motivi l-Qorti poġġi lill-imputat taht Ordni ta’ Probation għal perjodu ta’ tliet snin bil-kundizzjonijiet foshom li tipprovdi ghas-sigurtta’ tal-mara, bil-ħati jitpoġġa taħt Ordni ta’ Trażżin ghal perjodu ta’ tliet snin. Il-Qorti spjegat lill-imputat fi kliem ordinarju l-miżuri tas-sentenza u x’jiġri jekk jikkommetti reat ieħor fiż-żmien prefiss, u jekk ma joqgħodx għall-ħtigijiet ta’ l-Ordni ta’ Probation, ta’ l-Ordni ta’ Trażżin u ta’ l-Ordni ta’ Trattament.
Il-Qorti ordnat in-notifika ta’ din is-sentenza lid-Direttur ta’l-Uffiċċju tal-Porbation. Il-prosekizzjoni tmexxiet mill-Ispettur Sherona Buhagiar.
//= $special ?>