Napoli żammew il-vantaġġ ta’ tliet punti fuq Milan fil-quċċata tal-klassifika meta fl-iktar logħba mportanti tal-ġurnata għelbu lil Roma fl-olimpico. It-tm immexxi minn Luciano Spalletti kkonferma li għaddej minn mument storiku b’wirja oħra tajba fejn dejjem dehru iktar perikolużi mill-avversarji tagħhom. Il-gowl rebbieħ ta’ Napoli wasal ħdax-il minuta mit-tmiem meta Osimhen skorja ġmiel ta’ gowl minn pożizzjoni angolata wara qabeż lil Smalling.
Fil-lobħiet l-oħra ċertament li kienet ġurnata negattiva għal Udinese u Atalanta li s’issa tista’ tgħid li kienu protagonisti fis-Serie A.
Fi Stadio Friuli Udinese sofrew telfa xejn mistennija kontra Torino bil-gowl rebbieħ ta’ Torino jkun skorjat minn Pellegri fid-69 minuta. Fl-ewwel taqsima Torino kienu fetħu l-iskor permezz ta’ Aina iżda Deulofeu kiseb id-draw għal Udinese fis-26 minuta. Atalanta wkoll kienu megħluba f’darhom minn Lazio 2-0, biex Lazio laħqu lill-istess Atalanta fit-tielet post tal-klassifika. Għat-tim immexxi minn Sarri gowl f’kull taqsima permezz ta’ Zaccagni u Felipe Anderson.
Fin-naħa t’isfel tal-klassifika xi ftit tan-nifs għal Bologna li għelbu lil Lecce 2-0 biex qabżu lil-Salernitana fil-klassifika. Kien Arnautovic li fetaħ l-iskor minn penalty fit-12-il minuta u Ferguson skorja t-tieni gowl fil-35 minuta.
Riżultati:
Udinese1-2 Torino
Bologna 2-0 Lecce
Atalanta 0-2 lazio
Roma 0-1 Napoli
Illum
18:30 Cremonese vs Sampdoria
20:45 Sassuolo vs Verona
//= $special ?>