Matul il-ġimgħa li għaddiet sitt studenti ħadu sehem f’sitt kompetizzjonijiet f’Senigallia fl-Italja. Waqt din il-kompetizzjoni l-istudenti rebħu total ta’ tlett medalji f’Cocktail Food and Beverage Service kif ukoll Tourism Destination.
Waqt din il-ġimgħa mimlija kompetizzjoniiet organizzati mill-Istituto Superiore Alfredo Panzini kien hemm ukoll il-konferenza annwali tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-lukandi u skejjel tat-turiżmu (AEHT) li saret bejn is-17 t’Ottubru u l-21 t’Ottubru.
L-istudenti ħadu sehem f’kompetizzjonijiet fosthom ta’ kif għandek tagħti servizz tajjeb f’ristorant, preparazzjonijiet t’ikel kif ukoll deżerti fost affarijiet oħra. Dawn kienu akkumpanjati minn għalliema tal-ITS li kienu qed jagħtu diversi pariri sabiex l-istudenti jkunu ppreparati kif meħtieġ.
Barra minn hekk, l-istudenti ħadu sehem ukoll f’diversi workshops kif ukoll masterclasses sakemm kienu l-Italja.