Futbol Sport

Tasal l-ewwel rebħa tal-istaġun għal Sampdoria

Fi Stadio Giovanni Zini :
Cremonese 0-1 Sampdoria   


F’konfront bejn żewġ timijiet minn naħa t’isfel tal-klassifika, Sampdoria wara ħdax il-ġurnata kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun filwaqt li aktar minn qabel, Cremonese baqgħu fl-aħħar post tal-klassifika.
Wara biss seba’ minuti. Foul ta’ Bruno Amione fuq David Okereke. Fabio Maresca saffar penalty għal Cremonese. Tah Cyriel Dessers iżda Emil Audero salva.
F’partita f’mumenti falluża tant li Maresca ammonixxa xejn anqas minn tmien plejers, fit-78 minuta Sampdoria fetħu l-iskor. Augiello lejn Manolo Gabbiadini b’OMAR COLLEY jgħeleb lil Marco Carnesecchi għal dak li kellu jkun il-gowl deciżiv.

Fi Stadio Mapei – Citta del Tricolore
Sassuolo 2-1 Verona   


Bir-raba’ rebħa tal-istaġun, Sassuolo telgħu fid-disa’ post fil-klassifika bi 15-il punt filwaqt li Verona baqgħu fid-19 il-post. Wara biss żewġ minuti Verona marru fil-vantaġġ. Gowl ta’ FEDERICO CECCHERINI li minn azzjoni ta’ Fabio DePaoli għeleb lil Andrea Consigli. Reazzjoni minn Sassuolo li fit-32 minuta meritatament kisbu l-gowl tad-draw. Minn pass ta’ Pedro Obiang, kien ARMAND LAURIENTE li għeleb lil Lorenzo Montipo. 1-1 riżultat li biħ intemmet l-ewwel taqsima. Fl-74 minuta Sassuolo marru fil-vantaġġ. Azzjoni ta’ Traore’ lejn DAVIDE FRATTESI li għeleb lil Montipo għat-2-1. Riżultat li biħ intemmet il-partita.