Futbol Sport

Aġġornata: Unai Emery jsir kowċ ta’ Aston Villa

Aston Villa kkonfermaw li laħqu ftehim ma’ Villareal u Unai Emery sabiex l-Ispanjol isir kowċ ġdid tal-Villians. Emery mistenni jibda l-avventura l-ġdida tiegħu fl-1 ta’ Novembru.

Unai Emery mistenni jsir kowċ ta’ Aston Villa

Wara li Aston Villa ħabbru li kienu keċċew lil Steven Gerrard wara telfa ta’ 3-0 kontra Fulham nhar il-Ħamis li għadda, issa jidher li postu se jkun qed jieħdu l-Ispanjol Unai Emery.

Attwalment Emery huwa l-kowċ ta’ Villareal iżda sorsi fi Spanja qed jirrapurtaw li diġà hemm qbil bejn Villareal u Aston Villa biex dawn tal-aħħar iħallsu s-somma ta’ €6 miljun biex jakkwistaw is-servizzi tal-eks kowċ ta’ Arsenal.