West Ham United irritornaw għar-rebħ wara t-telfa kontra Liverpool meta għelbu lil Bournemouth bl-iskor ta’ 2-0. Għal Bournemouth din kienet it-tieni telfa konsekuttiva wara dik fid-derby kontra Southampton.
F’partita nieqsa mill-azzjonijiet, il-gowl li ddeċieda l-partita wasal ftit sekondi qabel il-mistrieħ meta kien Kurt Zouma li b’daqqa ta’ ras kkonkluda fuq pass ta’ Tomas Soucek. West Ham għalqu l-partita fil-ħin mogħti żejjed fi tmiem it-tieni taqsima permezz ta’ penalty ta’ Said Benrahma
//= $special ?>