Il-Gvern qed jghid li se jiddedika mas-€700 miljun fuq medda ta’ seba snin għal proġetti ambjentali.
Madanakollu, meta teżamina sew dan il-budget, tirrealizza li mhux kollox ward u żahar.
F’dan il-budget, il-Gvern wiegħed li għas-sena li ġejja se jkun qed iżid mal-1,200 punt ta’ iċċarġjar għal karozzi elettriċi biex b’hekk f’pajjiżna jkolna total ta’ 1,540 postijiet fejn wieħed jiċċarġja sal-2024. Idea tajba sakemm tirrealizza li hafna niex mhux se jkollhom aċċess għal charging station.
Il-Gvern qed jintrabat li jagħmel diversi proġetti li jħaddru lokalitajiet l-iktar urbani, fosthom f’Bormla, Birżebbuġa u l-Ħamrun, fost oħrajn.
Waqt il-budget, il-Ministru tal-Finanzi spjega kif fix-xhur li ġejjin se jkunu qed jaqilbu diversi parkeġġi miftuħa għal dawk taħt l-art sabiex minflok ikolna spazji ħodor.
Fix-xhur u s-snin li ġejjin mistennija li jibdew l-investiment ta’ diversi proġetti fir-rigward tal-immaniġġjar tal-iskart, fosthom l-EcoHive, Organic Processing Plant, Material Recovery Facility u Skip Management Facility.
Clyde Caruana ħabbar li l-Gvern se jkun qed joffri skemi għall-installazzjoni ta’ pannelli tax-xemx u batteriji għall-ħażna tal-enerġija rinnovabbli, heat pump water heaters u solar water heaters u r-restawrazzjoni ta’ bjar ta’ djar antiki – skemi li ilhom jinghataw sa minn zmien Gvern Nazzjonalista.
Wiegħda oħra hi dik li Triq Sant’Anna, fil-Furjana tingħata lill-pubbliku, bil-karozzi jibdew jgħaddu minn taħt l-art minflok mit-triq ewlenija kif nafuha llum il-ġurnata.
Iżda, filwaqt li ndirizza diversi sfidi li pajjiżna qed jaffaċja, nesa hafna punti kruċjali.
Per eżempju, nesa kompletament il-park ġeoloġiku li kellu f’moħħu li jsir f’Għar Lapsi u Wied iż-Żurrieq meta kien qed jikteb il-manifest elettorali.
U l-kampanja? Lanqas imsemmija darba waħda biss. Aħseb u ara kemm se jagħti lura zoni u passaġġi li, kif kien qal hu stess, għandhom jitgawdew minn kulħadd.
Is-siġar? Ineżistenti għall-Gvern Laburista. Minkejja li kien wiegħed li se jħawwel mal-100,000 siġra fil-ħames snin ta’ din il-leġislatura. Anke Kemmuna intesiet; minkejja illi kien pjanat li jsir proġett ta’ afforestazzjoni għal din il-gżira.
//= $special ?>