Net News jinsab infurmat li l-anzjan ta’ 69 sena li dalgħodu ttajjar fiż-Żejtun, tilef il-battalja tiegħu mal-mewt.
Il-każ seħħ għall-ħaba 9am fi Triq Xrobb l-Għaġin fiż-Żejtun. Il-vann kien misjuq minn raġel ta’ 62 miż-Żejtun, filwaqt li l-vittma wkoll residenti ż-Żejtun.
Fil-post issejjaħ tim mediku flimkien ma’ ambulanza biex jassistu lill-vittma. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji kaġun tad-daqqa li sofra.
Persuni li kienu għaddejjin mit-triq fil-ħin tal-inċident għattew lill-anzjan b’liżar sakemm waslet l-ambulanza, li ħadet lir-raġel lejn l-isptar Mater Dei. Hu iddaħħal fl-ITU, fejn kien qed jissielet għal ħajtu, sakemm miet ftit tas-sigħat wara.
Dwar il-każ inħatret inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Josette Demicoli.

Dan huwa t-tieni każ serju li seħħ fit-toroq tagħna f’temp ta’ jumejn, b’dak tal-bieraħ iwassal għall-mewt ta’ raġel illi ntlaqat minn karozza fil-Marsa.
//= $special ?>