Lokali

Anzjan ta’ 90 sena jsofri ġrieħi gravi f’inċident fil-Gudja

Anzjan ta’ 90 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li dalgħodu kien involut f’inċident fi Triq Ħal Tarxien, fil-Gudja. L-inċident seħħ għall-ħabta fid-9.10am.

Mill-istħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Nissan March misjuqa minn raġel ta’ 90 sena residenti Santa Luċija, u Toyota Corolla misjuqa minn raġel ta’ 21 sena residenti s-Swieqi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u l-anzjan ta’ 90 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.