Futbol Sport

Danny Ings jippromwovi l-inklussività f’Villa Park

Danny Ings ġie mfaħħar għall-ġest speċjali tiegħu lejn il-partitarji b’diżabilità qabel ir-rebħa ta’ 4-0 ta’ Aston Villa fuq Brentford il-Ħadd li għadda. Ings ħareġ fuq it-turf ta’ Villa Park liebes headphones li jikkanċellaw l-istorbju flimkien mal-mascot Riley Regan, li jattendi regolarment is-sessjonijiet tal-futbol ta’ diżabilità tal-klabb.

Il-headphones jgħinu lill-adulti u lit-tfal bl-awtiżmu u lil dawk bi problemi oħra sensorjali, ilaħħqu ma’ ħsejjes qawwija li jikkawżawlhom skumdità severa.

Il-ġest ta’ klassi ta’ Ings wassal għal tifħir fuq il-midja soċjali minn partitarji tal-futbol madwar il-pajjiż. Bosta ġenituri ta’ tfal bl-awtiżmu kkummentaw li saħqu kif uliedhom kien qed ikollhom problemi fil-partiti tal-futbol mingħajr ear defenders, u faħħru lill-istilla ta’ Villa talli ippromwova l-inklussività fl-isport.

Riley qal li meta kien ħiereg mit-tunnel ta’ Villa Park ħassu emozzjonat ħafna u meta ra lil Danny Ings bħali liebes il-headphones kien vera kuntent.