Il-maxi yacht ta’ 30.48 metri /100 pied, Leopard 3 tal-Olanda misjuq minn Chris Sherlock, qasam il-linja finali tat-43 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race fl-10:54:29 tat-Tlieta filgħodu biex kiseb il-Monohull Line Honours f’70 siegħa, 34 minuta u 8 sekondi.
Kienet it-tielet darba li Leopard 3 ipparteċipa fir-Rolex Middle Sea Race u t-tieni darba li kien l-ewwel monohull li temm it-tellieqa u rebaħ l-RLR Trophy. L-okkażjoni preċedenti kienet fl-2009. Il-ħin elapsed ta’ Leopard 3 huwa madwar 30 siegħa barra r-rekord tat-tellieqa tal-monohull li hu ta’ 40 siegħa 17-il minuta 50 sekonda, stabbilit fl-2021 minn Comanche.
L-Ekwipaġġ ta’ Leopard 3 huwa magħmul minn 23 persuna :
Chris Sherlock, Matt Lester, Curtis Blewett, Tom McWilliam, Will Best, Stefano Nava, Gian Ahluwalia, Guy Filabozzi, Michael Pammenter, Laura de Vere, Samuel Wright, Murray Goodsell, Richard Bouzaid, Joost Schultz, Tim Marsh, Dennis Frederikson, Giles de Jager, Ian Budgen, Steve Booth, Guilermo Altadill, Ronald Bunders, Mitch Booth, Gerald Mitchell.
//= $special ?>