Il-MOD70 Mana tat-Taljan Riccardo Pavoncelli qasam il-linja finali tat-43 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race 2022.
MOD70 Mana daħal fin-00:32:38 ta’ sbieħ it-Tlieta 25 ta’ Ottubru biex ħa l-Multihull Line Honors f’ 61 siegħa 32 minuta 38 sekonda. L-ekwipaġġ ta’ Mana kien magħmul minn : Riccardo Pavoncelli, Alexia Barrier, Paul Larsen, Jeff Mearing, Tom Dawson, Jonny Malbon, Kai Weeks, Evan Walker.
Mana spiċċat it-tellieqa f’inqas minn minuta qabel il-Franciż Zoulou misjuq minn Erik Maris, wara jumejn u nofs u 606 mil nawtiku. Maserati Multi 70 tat-Taljan Giovanni Soldini spiċċat it-tielet, għaxar minuti wara Zoulou.
//= $special ?>