Il-Ministru għat-Trasport u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia inħeba wara l-investigazzjoni li qed jagħmel l-Awditur Ġenerali dwar ir-rapporti ta’ korruzzjoni fil-fly-overs tal-Marsa u ma weġibx jekk kienx mar għand il-pulizija dwar dawn ir-rapporti.
Mistoqsi fil-parlament mid-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina dwar l-investigazzjoni dwar il-rapporti ta’ korruzzjoni fil-fly-overs tal-Marsa u jekk marx għand il-pulizija dwar dawn ir-rapporti, il-Ministru Farrugia wieġeb biss li kien sar jaf b’din l-investigazzjoni fuq allegata korruzzjoni mill-media.
Jistgħu jiġu meta jridu; l-Awditur Ġenerali laqa’ t-talba biex jinvestiga dan il-każ, sostna l-Ministru Farrugia, li kompla li l-Awditur Ġenerali hu liberu li jiltaqa’ mal-gvern biex ituh l-informazzjoni.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Gerch irrimarka li l-Oppożizzjoni dejjem kienet prudenti u appella lill-Ispeaker biex jinsisti li dejjem ikun hemm prudenza fil-mod kif jingħataw it-tweġibiet parlamentari.
Mistoqsi mid-deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia dwar strateġija tat-traffiku, il-Ministru Farrugia qal li l-gvern jinsab kuntent bit-trasport pubbliku b’xejn tant li wara li dan sar b’xejn kien hemm 14% iktar nies qed jużawh, li hu 9% inqas mill-2019 waqt li kien hemm ukoll 7,000 reġistrazzjoni ġdida Talinja Card.
Fuq mistoqsija supplimentari tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, li staqsa jekk l-40% tnaqqis fil-ħin fit-traffiku relatat mal-proġett tal-Imsida li semma’ l-Ministru Farrugia hux l-istess daqs l-ammont kir ta’ traffiku li l-poplu qed jgħaddi fit-traffiku kuljum, il-Ministru Farrugia qal li l-alternattiva tinsab fil-pre-budget document tal-PN.
Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami staqsa kif Lara Azzopardi, Christian Sammut, Liam Pace, Matthew Chetcuti, Celaine Vella, Godwin Vella, Luca Gatt u Victor Dimech, kollha ngħataw karigi fi Transport Malta meta dawn huma kollha mid-distrett tal-Ministru Farrugia. Il-Ministru ma weġibx din il-mistoqsija.
//= $special ?>