Jesús David Reina Quero, ta’ 24 sena mill-Veneżwela huwa l-vittma li lbieraħ tilfef ħajtu meta ttajjar fi Triq Diċembru 13 fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u għaxra tal-bieraħ waranofsinhar. Iż-żagħżugħ tilef ħajtu wara li ntlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ sitta u sittin sena residenti l-Fgura.
It-tfajla ta’ Jesus, Maria Giraud, tkellmet mat-Times of Malta u stqarret li mill-filmati li deheru, hija għarfet iż-żarbun tal-għarus tagħha. Qalet li kellha tistenna 18-il siegħa biex Jesus ikun identifikat.
Jidher li Jesus kien irrapurtat nieqes ilbieraħ ftit wara li seħħ l-inċident. Dan minħabba l-fatt li l-ġisem tiegħu dam ħafna ma ġie identifikat… bi qraba tiegħu jgħidu li provaw jikkuntattjaw l-Isptar Mater Dei iżda ma ngħataw ebda informazzjoni. Apparti dan, sar ukoll rapport lill-Puliżija dwar l-għajbien tiegħu.
Iż-żagħżugħ kien jaħdem bħala chef f’restorant f’Tas-Sliema. F’post fuq il-media soċjali huma sellmu l-memorja tiegħu hekk kif dan huwa żmien diffiċli ferm kemm għall-istaff li kien jaħdem miegħu u wisq iktar għall-familja tiegħu li ġiet tgħix Malta ftit taż-żmien ilu.
Maria Giraud tgħid li l-għarus tagħha kellu jmur isinn xi skieken B’Bugia iżda qatt ma mar jiġborhom lura. Hija kellmitu l-aħħar għall-ħabta tas-13.30…. hekk kif l-inċident seħħ fis-14.00. Kien hawn meta Maria daħlila suspett li Jesus seta’ ġralu xi ħaġa peress li l-korrispondenza miegħu waqfet eżatt malli ħarġet l-aħbar li persuna ttajret il-Marsa.
Meta rrealizzat li l-vittma setgħet kienet l-għarus tagħha hija marret l-Isptar Mater Dei iżda r-risporta li ngħatat kienet li l-ewwel kellha tagħhom rapport lill-Pulizija. Min-naħa tal-Isptar għarrfuha li kien hemm ġisem li ma kienx identifikat imma ma tħallitx tarah.
Mat-Times, hija qalet li m’għadhiex tħossha sigura f’Malta hekk kif għadha ma tista tifhem għala tħalliet tistenna dawn is-sigħat kollha biex tkun tista’ tidentifika lill-partner tagħha li kienet ilha miegħu għal dawn l-aħħar erba’ snin.
Ftit wara li ttajjar, fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet llill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Sfortunatament, huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat tal-Għassa Marse-Ann Farrugia ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>