Futbol Sport

Juventus eliminati…Milan iżommu t-tamiet ta’ kwalifikazzjoni ħajjin

(Ritratt: EPA)

Fi Grupp H, Juventus ġew eliminati mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League meta fl-aħħar ċans tagħhom biex iżommu t-tamiet tagħhom ħajjin, tilfu bl-iskor ta’ 4-3 kontra Benfica. It-tim Portugiż fil-vantaġġ wara 17-il minuta permezz ta’ Antonio Silva. Juventus ġabu l-iskor indaqs erba’ minuti wara permezz ta’ Moise Kean. Benfica fil-vantaġġ fit-28 minuta permezz ta’ penalty ta’ Joao Mario biex fil-35 minuta kien Rafa Silva li għamel l-iskor 3-1. L-istess player fil-50 minuta skorja t-tieni gowl personali tiegħu. Juventus naqsu l-iskor fis-77 minuta permezz ta’ Arkadiusz Milik, b’Weston McKennie jagħmilhom 4-3.

Mill-istess grupp, PSG faċilment għeblu lil Maccabi Haifa 7-2. Għal PSG skorjaw darbtejn kull wieħed Lionel Messi u Kylian Mbappe kif ukoll Neymar, b’awto-gowl ta’ Sean Goldberg jagħmilhom 6-2 fis-67 minuta. Lejn it-tmiem kien Carlos Soler li għamilhom 7-2. Għal Maccabi Haifa skorja darbtejn Abdoulaye Seck.

Minn Grupp E, Milan żammew it-tamiet tagħhom li jagħmluha għall-fażi li jmiss ħajjin meta għelbu lil Dinamo Zagreb 4-0. Milan fil-vantaġġ wara 39 minuta permezz ta’ Matteo Gabbia. Rafael Leao għamilhom 2-0 fid-49 minuta biex penalty ta’ Olivier Giroud għamel l-iskor 3-0. Ir-raba’ gowl wasal fid-69 minuta permezz ta’ awto-gowl ta’ Robert Ljubicic.

Chelsea avvanzaw għal mal-aħħar 16 meta għelbu lil Salzburg 2-1. Mateo Kovacic poġġa lil Chelsea fil-vantaġġ filwaqt li Chukwubuike Adamu ġab l-iskor indaqs fit-48 minuta. Il-gowl tar-rebħa għal Chelsea wasal fl-64 b’gowl mill-isbaħ ta’ Kai Havertz.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE
Illum: Grupp E:
Salzburg v Chelsea 1-2, D.Zagreb v Milan 0-4 Grupp F: Celtic v S. Donetsk 1-1, RB Leipzig v R. Madrid 3-2 Grupp G: Sevilla v Copenhagen 3-0, B. Dortmund v Man City 0-0 Grupp H: Benfica v Juventus 4-3, PSG v M. Haifa 7-2 Għada: Grupp A: Ajax v Liverpool 9.00pm, Napoli v Rangers 9.00pm Grupp B: C. Brugge v Porto 6.45pm, A. Madrid v B.L’kusen 9.00pm Grupp C: Inter v V. Plzen 6.45pm, Barcelona v B. Munich 9.00pm Grupp D: E. Frankfurt v Marseille 9.00pm, Tottenham v Sporting 9.00pm