Ħdax il-tifel u tifla tilfu ħajjithom fi skola għat-tfal neqsin mid-dawl li fl-aħħar sigħat spiċċat maħkuma min-nirien qawwija.
Sadanittant, għaddejja investigazzjoni fl-iskola li tinsab f’Mukono, lejn il-lvant minn Kampala, fost konferma li talanqas erbat itfal oħra jinsabu l-isptar f’kundizzjoni kritika.
Jaħsbu li kien hemm madwar 30 tfal reqdin fl-Iskola ta’ Salama għall-Għomja fil-ħin meta ħakmu n-nirien – bil-ġenituri mbikkma jiffullaw fis-sit waqt li kienu għaddejjin l-isforzi biex il-fjammi jinġiebu taħt kontroll.
L-awtoritajiet, wara, qalu li l-katavri tat-tfal kienu qed ikunu suġġetti għall-eżamijiet tad-DNA għaliex il-ħruq li ġarrbu kien qed jirrendi kull tentattiv għal identifikazzjoni bħala ineffettiv.
Inċidenti bħal dawn fl-Uganda mhumiex daqstant rari u meta fil-passat it-tfal fil-boarding schools kienu qabbdu n-nirien wara li huma xegħelu x-xemgħat fil-kmamar tagħhom fil-ħin meta suppost li kienu reqdin.
//= $special ?>

