Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Naf min kien wasal f’xifer li jtemm ħajtu” – Pawlu Borg Bonaci

Rakkonti mit-twelid sal-lum dwar dak li sawwar lil Pawlu Borg Bonaci. Illejla fi PROFILI l-profil se jkun qed jirrakonta il-bidu tiegħu bħala artist u r-relazzjoni li għandu ma’ għadd ta’ personaġġi. Se niddiskutu fost l-oħrajn l-isifidi ta’ kull artist, u kif wara l-pandemija kien hemm artisti li ħasbuha li jtemmu ħajjithom.

“Ħafna drabi sirt nara li l-flus mhux jibqgħu f’idejn l-artist”

Fejn jidħol Pawlu iżda dejjem jidħol l-ispettaklu, fejn anki minn fuq pultruna ġab miegħu xi ftit daħq u delirju. Żgur mhux forsi li llejla l-programm PROFILI se jkun imżewwaq b’ħafna emozzjonijiet li nafu li Pawlu Borg Bonaci jġib miegħu.

PROFILI illejla fit-8.30pm fuq Net TV bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul