Lokali Qorti

Sentenza sospiża wara li xxerja filmati tal-eks sieħba tiegħu b’konotazzjonijiet sesswali

Raġel ta’ 44 sena li huwa reġistrat fuq il-karta tal-identità tiegħu li joqgħod iż-Żejtun, imma li bħalissa qed jgħix ix-Xgħajra ma’ membri tal-familja tiegħu ġie kundannat sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin wara li ammetta li xerja filmati tal-eks sieħba tiegħu fuq il-media soċjali b’konatozzjonijiet sesswali.

Il-ħati li ismu mhux qed jissemma biex tiġi protetta l-identità tal-mara ammetta quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli li nhar il-Ħadd li għadda u fil-jiem ta’ qabel wara li kellu xi jgħid ma’ dik li kienet is-sieħba tegħu, tefa’ filmati fuq Instagram u xxerjahom ukoll mal-ħbieb tal-vittma.

Huwa ammetta li wettaq dan ir-reat bil-ħsieb li jikkawża ħsara fuq il-mara u li għamel użu mhux xieraq fuq il-meżżi ta’ kommunikazzjoni. L-Ispettur Omar Zammit qal li l-akkużat ikkopera mill-ewwel mal-Pulizija u ammetta dak kollu li għamel.

Tenna li tant ikkopera li huwa ta l-aċċess lill-Pulizija dwar l-account tal-gmail tiegħu u anke ta’ Instragram biex dawn il-filmati ġew mneħħija biex ma tkomplix issir aktar ħsara fil-konfront tal-vittma.

Ftit wara li r-raġel tressaq il-Qorti staqsiet lill-akkużat fuq il-fatt li huwa qabbad avukat tal-għajnuna legali jfissirx li huwa m’għandux meżżi biex iqabbad avukat privat, bl-Ispettur Zammit jinforma lill-Qorti li l-akkużat ma riedx avukat biex jiddedffendih u dan fid-dawl li kien se jammetti l-każ.

Meta l-proċeduri tkomplew iżda huwa qal li m’għandu xjen kontra li l-Avukat Christopher Chircop jiddeffendih f’kawża li kien deċiż li jammetti fuqha. Il-Qorti wara li tagħat ftit taż-żmien biex jikkonferma l-ammissjoni tiegħu, huwa baqa’ jinsisti fuq il-ħtija tiegħu.

Huwa ġie kundannat sentejnn ħabs sospiżi għal tliet snin u ordni ta’ trazzżin għall-perjodu ta’ tliet snin bil-Qorti tiwssih biex bl-ebda mod ma jkellem, jibgħat messaġġi jew permezz ta’ terza persuna javviċina lill-vittma, inkella kien se jbati l-konsegwenzi.