Sport Sport Ieħor

Tennis: Carlos Alcaraz jegħleb lil Jack Draper fl-ewwel rawnd tas-Swiss Indoor

(Ritratt: EPA)

In-numru wieħed tad-dinja Carlos Alcaraz għeleb lil plejer Ingliż Jack Draper fl-Iswiss Open f’Basel. Alcaraz tilef l-ewwel set, madankollu huwa rnexxielu jirkupra l-logħba hekk kif rebaħ it-tieni set bl-iskor ta’ 6-2 meta kiseb il-vantaġġ kmieni. Fit-tielet set Alcaraz kompla jiddomina fuq Draper u rnexxielu jikseb biżżejed punti biex joħroġ rebbieħ.

L-Ispanjol rebaħ il-logħba bl-iskor ta’ 3-6, 6-2, 7-5 fl-ewwel logħba tiegħu kontra Draper li huwa meqjus bħala t-tielet l-aħjar plejer Brittaniku.

Alcaraz ser jaffronta lill-Olandiż Botic van de Zandschulp jew lil Franċiż Adrian Mannarino fil-logħba li jmiss.