Internazzjonali

Tnejn maqtula wara sparatura fil-periferija ta’ Londra

Il-Pulizija Metropolitana qed tinvestiga sparatura li seħħet dalgħodu fil-periferija ta’ Londra, fiz-zona ta’ Ilford.

Il-media Ingliża qed tirrapporta li żewġ persuni mietu f’din l-isparatura. Il-każ seħħ f’nofs ta’ lejl, b’rapporti oħra jindikaw li kien hemm ġlieda u wara instema’ sparar.

Id-dettalji tal-każ għadhom kemmxejn konfużi, għalkemm jidher li hemm persuna oħra li sofriet feriti gravi.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejin.

S’issa, ma saru ebda arresti.