Lokali

Anthony Bongailas huwa l-vittma li miet f’inċident fiż-Żejtun

L-anzjan ta’ 69 sena li t-Tlieta tilef ħajtu wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fiż-Żejtun, huwa identifikat bħala Anthony Bongailas.

Anthony Bongailas miet traġikament wara li t-Tlieta filgħodu għall-ħabta tad-9am, ittajjar minn vann li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 62 sena fi Triq Xrobb l-Għaġin fiż-Żejtun.

Fil-post issejjaħ tim mediku flimkien ma’ ambulanza biex jassistu lill-vittma. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji kaġun tad-daqqa li sofra.

Persuni li kienu għaddejjin mit-triq fil-ħin tal-inċident għattew lill-anzjan b’liżar sakemm waslet l-ambulanza, li ħadet lir-raġel lejn l-isptar Mater Dei. Hu iddaħħal fl-ITU, fejn kien qed jissielet għal ħajtu, sakemm miet ftit tas-sigħat wara.

Dwar il-każ inħatret inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Josette Demicoli.