Alex Borg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Alex Borg qal fl-Aġġornament tal-parlament li l-gvern qed jiffavorixxi lill-barranin li qed jiksru l-kuntratt fl-isptarijiet.
Alex Borg sellem lil Robrt Arrigo u qal li Robert kien ġentlom li dejjem mexa b’rispett lejn kulħadd f’dak kollu li għamel u f’kull settur li kien involut fih biex jgħin lil ħaddie]or. Hu appella biex id-deputati kollha jimxu fuq il-passi ta’ Robert Arrigo għax fil-politika baqa’ ġentlom li jgħinu lill-poplu.
Hu qal li flimkien ma’ Adrian Delia huma komplew bil-kawża kontra Vitals u Steward dwar il-fatt li dawn ma mwewx mal-obbligi kuntrattwali tagħhom. Hemm dipartimenti tal-gvern u awtoritajiet li jagħżlu li jappoġġjaw lill-barranin flok lill-poplu Malti; partikolarment fis-settur tas-saħħa li hu settur tant vitali. F’dan il-każ hu evidenti li Stewards mhux jimxu mal-obbligi kuntrattwali tagħhom u mhux jipprovdu s-servizzi li huma obbligati jagħtu.
Hu qal li mar ma’ Adrian Delia l-qorti għax ħass li wieħed mill-isptarijiet li ttieħed hu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li hu spart dekadenti. Dawn mhux is-servizz li jixirqilhom l-Għawdxin. Hu semma’ wkoll il-protest ġudizzjarju li ressaq ma’ Adrian Delia dwar l-offerta għall-apparat avvanzat fil-kura tal-kanċer.
Hawn kien hemm offerta li ħarġet b’ċertu kundizzjonijiet u klawsoli partikolari għal servizz kritiku għall-pajjiż għax din kienet sistema ġdida u nnovattiva fis-servizzi għall-kura tal-kanċer.
Id-deputat Nazzjonalista qal li jidher li fil-proċess l-offerta inbidlet u tħallas biss il-prezz biex dak li joffri l-irħas jieħu l-offerta; dan meta qed kun trattat il-kanċer. Il-gvern qed jiffavorixxi li jieħu t-tieni offerta flok l-aqwa waħda. Issa, sostna Alex Borg, hu u Adrian Delia qed jistennew x’tip ta’ risposta se jingħataw.
Dwar Għawdex Alex Borg qal li fl-isptar hemm nuqqas ta’ servizz tal-MRI u tal-kimoterapija għax il-gvern għadu ma bediex jagħti dawn is-servizzi importanti.
Alex Borg tkellem ukoll dwar il-privatizzazzjoni tal-Gozo Channel u qal li kien diġà tkellem dwar dan ma’ Ivan Castillo. L-għada stess li huma tkellmu, il-Ministru Clint Camilleri ċaħad din il-privatizzazzjoni iżda ftit ġranet wara, il-Prim Ministru qal li hemm ħsieb li s-servizz ikun liberalizzat b’offerti għal kulħadd.
Id-deputat Nazzjonalista appella għat-trasparenza għal kulħadd u biex il-gvern jagħti d-dettalji dwar x’se jiġri. Hu qal li l-Gozo Channel qed tikri post privat għal eluf kbar ta’ ewros meta l-Gozo Channel għandha kmamar vojta li jistgħu jintuzaw għall-ħaddiema. Il-gvern se jirranġa wkoll dan il-post għal €500,000.
Hu qal li l-Gozo Fast Ferry hi problema kbira meta suppost dan kien servizz tajjeb ħafna. Wara ftit xhur l-iskeda tanqqset tant li kien baqa biss disa’ vjaġġi bejn Malta u Għawdex. Il-gvern qed jagħti €12-il miljun lill-Gozo Fast Ferry iżda qabel dawn il-flus jingħataw, il-Gozo Fast Ferry mhix tlesta ttejjeb is-servizz.
//= $special ?>