Lokali Parlament

Il-kumpaniji fi problemi għandhom ikunu mgħejjuna bla burokrazija

Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar

Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qal fil-parlament li l-kumpaniji fi problemi li jfallu għandhom ikunu mgħejjuna bla burokrazija.

Robert Cutajar qal li l-parlament għandu joħloq l-aħjar liġijiet biex il-ħajja tan-negozji tkun faċilitata billi titneħħa l-burokrazija żejda. Hu appella biex jitwettaq il-kunċett ta’ one stop shop u biex jittieħdu d-deċiżjonijiet tajbin biex il-kumpaniji ma jkollhomx effetti negattivi meta jkunu se jfallu.

L-Oppożizzjoni għandha rieda tajba biex tgħin f’dawn is-sitwazzjonijiet. Bħalissa hawn madwar 100 kumpanija li jinsabu għaddejjin minn sitwazzjonijiet ta’ falliment, sostna Robert Cutajar, li appella biex isir minn kollox biex dawnil-kumpaniji jkunu salvati.

Fosthom hemm it-taħriġ u iktar aċċessibbiltà mill-gvern li għandu javviċina hu lill-kumpaniji f’diffikultajiet. Il-Bank tal-Ħiliet jista’ jkun mezz ta’ għajnuna f’dawn is-sitwazzjonijiet flimkien mal-kooperattivi. Jeħtieġ li jitressaq ukoll abbozz konġunt dwar il-kooperattivi, sostna Robert Cutajar.