Lokali Parlament

Ir-raba’ tal-gvern m’għandhiex tibqa’ bla kontroll

Alex Borg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Alex Borg qal fil-parlament li l-bdiewa għandhom ikunu mgħejjuna u sostna li r-riforma mhix dwar l-art agrikola kollha għax ma tinkludix ir-raba’ tal-gvern. Hu staqa x’awtorità se titwaqqaf dwar ir-raba’ tal-gvern għaliex mhux ġust li din ir-raba’ tibqa’ mingħajr kontroll ambjentali.

L-ebda settur minnhom m’għandu jitħalla miftuħ għaliex kur tal-liġi, sostna Alex Borg, li kompla li l-possibbiltà li jkun hemm min jistgħana minn fuq il-poplu għandha tinqata’ ħal kollox.

Kulħadd għandu jkun taħt il-liġi; l-onestà u l-ugwaljanza għandhom jgħoddu għal kulħadd. Għalhekk il-katast u reġistrazzjoni tal-bejgħ tar-raba’ huma ta’ importanza kbira biex tinqata’ l-possibbiltà ta’ korruzzjoni.

Il-PN kien ippropona l-ġbir professjonali u ġust fil-programm elettorali tiegħu fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Il-bidwi għandu jiġi ppremjat b’mod ġust biex laħaħq mal-għoli tal-ħajja.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-bdiewa għandu jkollhom żmien biżżejjed biex jinvestu u m’għandux ikun hemm inġustizzji. Hu sostna li l-gvern qed jammetti li qed isir żvilupp bla meħtieġ fl-ODZ u kompla li hemm bżonn liġijiet iktar b’saħħithom bla privileġġi inġusti. Il-gvern qed jammetti li r-raba’ tal-gvern mhux qed jinkera bi rpezz ġust għall-bdiewa, sostna Alex Borg.