Stanley Zammit, PN
Filwaqt li ssellem il-memorja tal-ex Viċi-Kap tal-PN Robert Arrigo, id-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit qal fl-Aġġornament tal-parlament li s-soluzzjonijiet bil-biċċiet u iżolati iwasslu għal progress bil-mod wisq, iwasslu għall-ineffiċjenza, għall-ħela ta’ spejjeż u riżorsi, għal nuqqas ta’ governanza tajba u għad-deterjorazzjoni fil-kwalità tal-ħajja.
Meta din is-sena ż-żgħażagħ Ewropej ġew mistoqsija liema huma it-tlett temi li jixtiequ li s-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ tiffoka fuqhom 34% semmew it-titjib fis-saħħa fiżika u mentali u fil-kwalità tal-ħajja, 34% irreferew għall-protezzjoni tal-ambjent u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u 33% inkludew it-titjib fl-edukazzjoni u fit-taħriġ.
Għal 56% taż-żgħażagħ Maltin it-titjieb fis-saħħa fiżika u mentali hija prijorità. Dawn huma l-aspirazzjonijiet li aktar minn 60% taż-żgħażagħ Maltin lesti jitilqu minn pajjiżna biex jilħquhom ‘l bogħod minn xtutna: li jkollhom ħajja sana fiżikament u mentalment f’ambjent fejn jgħixu, fejn jistudjaw, fejn jaħdmu, fejn jistrieħu u fejn jibnu familja li jibniehom u mhux ikissirhom u li jingħataw l-għodda, l-ispazju u l-opportunitajiet biex jikbru u jkollhom ħajja ta’ kwalità aħjar.
Fl-istess survey, 41% taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin, qed jistennew li s-socjetà u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet jisimgħu u jagħtu każ l-opinjonijiet u l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ.
Saret ukoll id-29 Konferenza Annwali organizzata mill-Kamra tal-Inginiera bit-tema Sustainable Development Goals: An Engineering Perspective li ħarset minn diversi angoli lejn strateġiji u metodoloġiji li jistgħu jwassluna biex Malta tilħaq il-miri li jwasslu għas-17-il oġġettiv, is-Sustainable Development Goals (SDGs), oġġettivi għal żvilupp sostenibli sal-2030, maqbula minn Nazzjonijiet Uniti. L-UE addottat dawn l-oġġettivi u l-miri f’dak li jissejjaħ il-European Green Deal.
Hu qal li s-saħħa fiżika u mentali mhijex f’bozza, hija affetwata minn ħafna affarijiet, mill-ambjent, mill-klima, mix-xogħol, mir-relazzjonijiet, mill-edukazzjoni, mis-sitwazzjoni finanzjarja, mill-ekonomija u minn tant affarijiet ohra. Is-survey fost iż-żgħażagħ Maltin u Ewropej jikkonferma dan.
Meta nifhmu l-effetti tal-ambjent, speċjalment dak mibni mill-bniedem, fuq is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tal-bniedem, jgħina biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies u jwassalna għal metodi sostenibli kif niddisinjaw u nimmaniġġjaw il-binjiet u l-ambjenti tagħna. Riċerka li għaddejja bħalissa fl-Università ta’ Malta qed tidħol aktar fid-dettal ta’ dan.
Hu qal li hemm ħtieġa kbira u important li nibdlu l-attitudni tagħna kif insawru l-politika. Spiċċa ż-żmien li noħorġu bi strateġiji u policies bil-biċċiet u sparpaljati. Irridu nħarsu lejn il-bniedem sħiħ. Dan jitlob soluzzjonijiet sħaħ, ħolistici; aktar u aktar fl-ippjanar tal-iżvilupp. Din hija l-attitudni li addottat l-Unjoni Ewropeja fil-Green Deal. Dan huwa dak li qed jitolbu il-ġenerazzjonijiet tal-lum u ta’ għada. Għandna l-potenzjal li ntejbu is-saħħa, b’mod sħiħ, u l-kwalità tal-ħajja tal-poplu tagħna waqt, u billi, nassiguraw klima u ambjent sostenibbli fl-istess ħin.
Ma nistgħux noħorġu dan il-potenzjal jekk ikollna Gvern li jaqta’ qalbu qalbu mill-poplu Malti. Ma nistgħux noħorġu dan il-potenzjal jekk, bħal fl-istrateġija għall-ambjent, il-Gvern jibqa’ jippreżenta dokumenti sbieħ kemm tridhom imma bi strategiji dgħajfa li ma jibdlu xejn, ibbażati fuq il-kompromessi, mingħajr is-snien legali.
Il-PN għandu fiduċja fil-poplu. Ejja, bħal ma dejjem stinkajna, naraw li wliedna jkollom l-aqwa ‘deal’ f’art twelidhom l-ewwel u qabel ma jagħżlu li jimirħu minnha. Ejja nisimgħuhom u nagħtu widen taghhom…mhux bil-paroli imma billi ntuhom l-ispazju u l-għodda kollha li jeħtieġ li nibdlu l-attitudni tagħna qabel ma nwiegħdu r-residenza lil min jista’ joħdielhom posthom!
M’għandniex żmien x’naħlu. Mhux biss għaliex l-2030 tinsab fil-qrib imma ukoll għaliex kull ġurnata li tgħaddi inkunu qed nonqsu lill- ġenerazzjonijiet tal-llum u ta’ għada.
//= $special ?>