Il-Budget għas-sena d-dieħla… skont il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana… se joffri stabbiltà u ċertezza. Però, jidher li s-sens ta’ stabbilta u ċertezza li suppost kellu joffri dan il-Budget mhux qed jasal għand in-nies… kif spjegaw ma’ Net News ħafna persuni li ltqajna magħhom il-Belt Valletta, l-għada tal-preżentazzjoni tal-Budget.
Huwa ċar li l-Budget, li dam jinqara tliet sigħat sħaħ, ma ta ebda soluzzjonijiet konkreti ta’ kif se tissolva l-problema tal-għoli tal-ħajja….u lanqas il-problema l-kbira tat-traffiku, li qed taffetwa direttament lill-familji, il-ħaddiema u l-anzjani.
Budget li fih il-gżira Għawdxija ngħatat il-ġenb, fejn fost l-oħrajn ma ngħatat ebda soluzzjon dwar in-nuqqasijiet li hemm fl-iskeda tal-vjaġġi tal-fast ferry.
//= $special ?>