Wieħed mill-erba’ rġiel li nhar it-Tnejn ġew arrestati tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras fuq traffikar ta’ kokaina. David Mifsud ta’ 40 sena mill-Pietà ġie mixli li fl-24 ta’ Ottubru li għadda kellu fil-pusses tiegħu d-droga kokaina u l-pjanta cannabis, liema droga instabet f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv.
Huwa ġie mixli wkoll b’ħasil ta’ flus fi trasferiment ta’ propjetà li ġejja minn attività kriminali, li ħeba l-provenjenza tagħha, ipparteċipa f’attività illegali u li kien kompliċi fl-istess attività u li sar reċediv. Permezz tal-Avukat tiegħu Matthew Xuereb huwa ma għamel l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Prosekuzzjoni qalet li kien għall-ħabta tal-4.30pm li ġie esegwit mandat ta’ arrest fil-konfront tal-akkużat. Huwa kien qed jagħmel użu minn karozza Fun Cargo ta’ kulur griż. L-Ispettur Jonathan Pace qal li ħames minuti qabel David Mifsud kien imwaqqaf il-fuq mill-Junior College fl-iMsida, u mal-waqfa tiegħu tawh it-twissija, fejn sa ċertu punt ikkopera mal-Pulizija, anke meta mistoqsi x’kienet is-sustanza li kellu fil-karozza baqa’ ma weġibx imma l-bqija kkopera.
L-Ispettur qal li l-akkużat waqadf mill-ewwel meta mitlub u hu daħal fis-seat tal-passiġġier. L-illegalita fil-karozza kienet baskett roża palstik, li deher li kien fih kapsoli. Fuqu kellu żewġ kapsoli u minn jeddu ħa lill-Pulizija f’postijiet oħra fejn hawn sabu 14-il kapsola oħra suspettata kokaina u dan f’ħanut tal-Pietà. L-akkużat kien arrestat b’rabta mas-sejba ta’ 1.2 kilo kokaina fejn il-Pulizja wara li waqqfu karozza, fejn fiha sabu numru ta’ kapsoli bid-droga u dan waqt tfittxija f’ħanut f’Tal-Pieta.
//= $special ?>