Lokali

Jitlef il-kontroll tal-mutur u jibqa’ dieħel f’karozza pparkjata

Raġel ta’ 73 sena residenti Birżebbuġa qed isofri minn ġrieħi gravi wara li dalgħodu għal ħabta tas-sitta tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u baqa’ dieħel f’karozza pparkjata fi Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Piaggio, tilef il-kontroll u kellu impatt ma’ karozza ipparkjata tal-għamla Ford Fiesta.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.