‘Ir-riżultat huwa l-aktar importanti fil-futbol’
-Thane Micallef , kowċ Valletta FC
‘Ma’ nistgħax inkun kuntent għax inkun biss hekk meta nirbħu’ Kliem il-kowċ ta’ Valletta Thane Micallef fi tmiem il-partita Valletta – Gżira United. Huwa kompla. ‘Ir-riżultat huwa l-aktar importanti fil-futbol. U wara erba’ telfiet konsekuttivi fl-aħħar ksibna punt u kissirna din il-fażi negattiva. Imma mill-aspett pożittiv huwa li rajt lit-tim iwettaq reazzjoni tajba. Dehret ir-rabja fil-players li riedu xi ħaġa minn dan il-konfront wara erba’ telfiet konsekuttivi. Nemmen li ser inkomplu nżidu fuq din il-wirja u ndawru r-rota.’
‘Huwa pożittiv li għadna bla telfa’
-Darren Abdilla, kowċ Gżira Utd. FC
‘Li tieħu punt ma’ nistgħax inkun kuntent meta l-logħba fiha tlett punti’. Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kowċ ta’ Gżira United Darren Abdilla wara d-draw ta’ mingħajr gowls kontra Valletta. Abdilla kompla jżid. ‘Fit-tieni taqsima kellna numru ta’ ċansijiet ta’ skor u li kieku sibna x-xibka fl-aħħar għoxrin minuta ma’ konna nkunu qegħdin nisirqu xejn. Irridu nżommu f’moħħna li l-avversarji tagħna kienu determinati li wara erba’ telfiet ma’ joħorġux b’idejhom vojta. Iżda li huwa tajjeb li bħalma huma l-leaders Ħamrun Spartans għadna bla telfa. Apparti minn hekk id-distakk minn magħhom huwa wieħed minimu.’
KLASSIFIKA | L | PTI |
Ħamrun Spartans | 8 | 22 |
Gżira United | 8 | 18 |
Birkirkara | 8 | 17 |
Hibernians | 8 | 16 |
Gudja United | 8 | 14 |
Balzan | 8 | 14 |
Mosta | 8 | 11 |
Marsaxlokk | 8 | 11 |
Floriana | 8 | 9 |
Valletta | 8 | 6 |
Sirens | 8 | 5 |
Żebbuġ Rangers | 8 | 4 |
Santa Lucia | 8 | 4 |
Pietà Hotspurs | 8 | 3 |
L-AQWA SKORERS | |
Jurgen Degabriele (Hibernians) | 9 |
Jefferson De Assis (Gżira United) | 8 |
Charles Lokoli Ngoy (Żebbuġ Rangers) | 6 |
Vito Plut (Gudja United) | 5 |
Elvis Mashike (Ħamrun Spartans) | 4 |
Angel Torres (Balzan) | 4 |
Maxuell Maia (Gżira United) | 4 |
Jake Grech (Hibernians) | 4 |
Francesco Farias (Santa Lucia) | 4 |
LOGĦOB LI JMISS
Is-Sibt 29 ta’ Ottubru, 2022
Centenary Stadium
3.00pm Balzan – Valletta
5.30pm Sta Lucia – Sirens
Tony Bezzina Stadium
3.00pm B’Kara – Mosta
5.15pm Żebbuġ R. – Floriana
Il-Ħadd 30 ta’ Ottubru, 2022
Centenary Stadium
11.30am Gudja Utd. – Pieta H.
//= $special ?>