L-istilla Kroat Luka Modric ħabbar li t-Tazza tad-Dinja tal-Qatar se jkun l-aħħar tournament internazzjonali tiegħu, biex b’hekk se jkun qed jingħaqad ma’ Lionel Messi fil-lista ta’ stilel veterani li se jirrappreżentaw lil pajjiżhom għall-aħħar darba.
Waqt intervista ma’ FIFA+ Modric qal li hu konxju tal-età li għandu u li din se tkun l-aħħar parteċipazzjoni tiegħu bil-flokk Kroat.
Minkejja l-età ta’ 37 sena Modric għadu plejer validu kemm għat-tim Kroat kif ukoll għal Real Madrid fejn għadu plejer regoalri.
Fit-Tazza tad-Dinja tar-Russja fl-2018, Modric kiseb il-Ballun tad-Deheb wara li wassal lill-Kroazja sal-finali kontra Franza, u sar l-ewwel plejer minbarra Lionel Messi jew Cristiano Ronaldo li rebaħ dan il-premju f’aktar minn għaxar snin.
Fl-2018 biss, Modric rebaħ il-Plejer tas-Sena tal-UEFA u l-Aqwa Plejer tal-Irġiel tal-FIFA wara li rebaħ il-UEFA Champions League ma’ Real Madrid.
Minn meta beda l-karriera professjonali tiegħu fil-futbol mat-tim Kroat ta’ Dinamo Zagreb fl-2001, Modric sar ikona sportiva kemm f’pajjiżu kif ukoll fil-football Ewropew.
Mal-Kroazja Modric skorja 23 gowl f’154 partita.
//= $special ?>