Fis-Centenary Stadium mir-Rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat UEFA għat-timijiet taħt is-17-il sena, it-tim Malti ma renxxilux iżomm il-vantaġġ ta’ 1-0 biex spiċċa tilef 2-1 kontra l-Irlanda ta’ Fuq.
It-tim Nazzjonali Malti mmexxi minn Ivan Woods, tilef it-tielet partita tiegħu minn daqstant partiti b’telfa li mmaturat fl-aħħar fażi tal-partita. Wara telfiet ta’ 6-0 kontra Skozja u 5-0 kontra Repubblika Ceka, it-tim Malti kontra Irlanda kien aktar fil-partita. Matul l-ewwel taqsima, bit-tim Malti għal ħinijiet twal fuq l-offensiva fl-40 minuta meritatament fetaħ l-iskor. Minn azzjoni ta’ Keyon Ewurum kien Thomas Melillo li għeleb lil Lorcan Donnelly. Reazzjoni mill-Irlanda matul it-tieni taqsima fejn żiedu l-pressjoni bir-riżultat li fit-78 minuta kisbu l-gowl tad-draw. Minn pass ta’ Jack Hamilton, kien Callum Moreland li għeleb lil Niklas Vella. Reazzjoni sterili mit-tim Malti li disa’ minuti wara sofra t-tieni gowl. Kien Ryan Donnelly li għeleb mill-ġdid lil Vella għat-2-1, riżultat li biħ intemmet il-partita.
//= $special ?>