Lokali

Sewwieq ta’ mutur ieħor isofri ġrieħi gravi

Illum, għal xi l-ħdax ta’ filgħodu, sewwieq ta’ mutur sofra minn ġrieħi gravi wara li kellu inċident ma’ karozza fi Triq Alfredo Cachia Zammit kantuniera ma’ Triq l-Isqof Antonio Zahra, iż-Żejtun.

Minn stħarriġ li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur, misjuq minn raġel ta’ 57 sena residenti Birżebbuġa, u karozza misjuqa minn raġel ta’ 66 sena residenti ż-Żejtun.

Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Dan huwa t-tieni sewwieq ta’ mutur li f’ġurnata waħda sofra minn ġrieħi gravi kawża ta’ inċident.