Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika avża li wieħed jista’ jerġa’ jmur jgħim fiz-zona tax-Xama’, San Pawl il-Baħar. Dan wara li kien hemm avviż kontra l-għawm f’din iż-żona.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mis-7:30 ta’ filgħodu sat-3:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq wrau.ehd@gov.mt u complaints.ehd@gov.mt.