“Il-Baġit 2023 jonqos milli jindirizza b’mod effettiv diversi sfidi ambjentali. Fuq il-kostruzzjoni, il-Baġit 2023 ma fih l-ebda ħjiel ta’ kif se jkun dan il-mudell alternattiv”
Dawn huma ftit mill-kummenti li għaddiet permezz ta’ stqarrija l-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta bit-titlu “Mument Kruċjali ta’ għażla”.
L-istqarrija qalet li l-Kummissjoni tfaħar l-isforzi tal-Gvern, bil-budget jipprovdi divetsi għajnuniet madankollu innuttat li jfittxu ażil lanqas biss kien ħaqqhom jissemmew fid-diskors tal-Baġit minkejja li studji riċenti juru li dawn jiffaċċjaw il-faqar hekk kif jibdew jgħixu ħajjithom f’Malta.
Dwar l-ambjent, qalet li l-Gvern naqas milli jindirizza l-isfidi ambjentali u kif ukoll naqas milli jindirizza l-impatt kbir fuq il-kwalità tal-ħajja.
Il-Kummissjoni appellat biex mingħajr aktar dewmien, tingħata prijorità biex jinstabu modi alternattivi ta’ trasport kif ukoll titrażżan il-ħela tal-ilma u l-enerġija.
Il-Kummissjoni qalet li lanqas mhi konvinta mill-ħtieġa għal aġenzija oħra biex tamministra l-investiment maħsub għal spazji miftuħa, minħabba l-ispejjeż ġenerali li dawn l-aġenziji jinvolvu biex jitmexxew u jħallsu lill-impjegati tagħhom.
Dwar il-Governanza tajba, il-Kummissjoni qalet li l-Gvern għandu jmexxi b’eżempjuilli jnaqqas serjament in-numru eżorbitanti ta’ direct orders u persuni ta’ fiduċja.
Hija għalqet billi qalet li prattiċi bħal dawn mhux biss imorru kontra l-valuri ta’ governanza tajba, iżda jgħinu biex ikomplu jikkonfermaw il-perċezzjoni ta’ sistema li mhix “ġusta”.
//= $special ?>