F’dikors mimli ftaħir li dam iktar minn siegħa, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ma lissen lanqas kelma waħda dwar Steward Healthcare – il-ftehim skandaluż li għamel il-Gvern Laurista u li sal-lum għadu qed jisraq lill-poplu Malti l-miljuni.
Fil-Budget għas-sena d-dieħla l-allokazzjoni ta’ fondi għal Steward Healthcare se tkun ta’ 80 miljun ewro. 80 miljun ewro li minnhom il-Ministru Chris Fearne ma jafx ezatt kemm se jmorru għall-ħlasijiet tal-ħaddiema li jaħdmu f’dawn it-tliet sptarijiet.
Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru tas-Saħħa spiċċa jirfa’ t-tort fuq il-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel… għax skont hu… il-problema ta’ nuqqas ta’ sodod fl-Isptar Mater Dei qed toħloqha l-MUMN minħabba l-azzjonijet industrijali li qed jagħmlu f’San Vincenz de Paul.
U dwar il-fondi li l-Gvern se jkun qed inqas lill-Fondazzjoni Richmond, Chris Fearne baqa’ ma ta ebda spjegazzjoni għaliex s-servizz ta’ helpline li kienet toffri din l-entità, issa ħadulhom il-Gvern.
Intant….fid-diskors tal-Budget tat-Tnejn li għadda l-Ministru Clyde Caruana rrepeta għadd ta’ wegħdiet li ilna nisimgħu għal dawn l-aħħar snin, fosthom bini ta’ outpatients gdid fl-Isptar Mater Dei, bini ta’ sptar ġdid għas-saħħa mentali, u bini ta’ parkeġġ ġdid f’Mater dei… wegħdiet riċiklati li reġgħu ġew stampati kelma b’kelma, għaliex s’issa baqgħu ma twettqux.
Bil-Ministru tas-Saħħa pprova jiġġustifika ruħu bili qal li biex isiru dawn il-proġetti kollha kif suppost… wieħed irid jagħmel preparmaneti kbar li jieħdu ħafna snin biex jitlestew.
//= $special ?>