Lokali

Il-PN iressaq sitt proposti biex isaħħaħ id-Direttiva tal-Worklife Balance

“Il-Partit Nazzjonalista jrid itejjeb il-kwalita’ tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin u għalhekk hemm bżonn li tiġi emendata d-Direttiva tal-Worklife Balance.”

Dan kien il-messaġġ tad-Deputati Nazzjonalisti Graziella Attard Previ u Ivan Castillo kif ukoll il-Membru tal-Parlament Ewropew David Casa waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret il-Ħamis filgħodu.

David Casa qal li bid-direttiva tal-work life balance minn naħa tal-Unjoni Ewropea ġew provduti ħafna opportunitajiet għall-familji Maltin u Għawdxin. Iżda l-Gvern ħareġ il-legal notice ta’ din id-direttiva fl-aħħarnett taż-żmien stipulat mill-Unjoni Ewropea. U allura, il-Gvern daħħal biss il-minimu ta’ din id-direttiva li setgħet tkun pass kbir ‘il quddiem għal pajjiżna.

Huwa tenna li fil-Budget li ġie ppreżentat it-Tnejn li għadda kien hemm biss paragrafu żgħir fuq il-work life balance; jiġifieri bilkemm ingħatat importanza.

Minn naħa tagħħa d-Deputat Graziella Attard Previ qalet li l-Partit Nazzjonalista ilu jaħdem sa mill-programm elettorali sabiex ikun hemm pakkett robust rigward il-worklife balance. U l-miżuri li ġew ppreżentati fil-konferenza huma investimet għall-familji Maltin u Għawdxin.

Hija qalet li l-leave tal-paternita’ għandu jiżdied minn 10 ijiem għal 15-il ġurnata minn Jannar tal-2024, kif ukoll li l-leave tal-ġenituri għandu jkun bi ħlas tal-paga medja u li ma jistgħax jiġi trasferit.

Minn naħa tiegħu, d-Deputat Ivan Castillo tkellem dwar il-fatt li dawk in-nies li huma self-employed ukoll għandhom jibbenefikaw mill-leave tal-paternita’ kif ukoll mill-carers leave.

Huwa tenna li l-carers leave għandu jiżdied minn ġurnata għal 5 ijiem u li għandu jiġi mħallas kollu bir-rata tal-paga medja. Ivan Castillo saħaq li dawn il-proposti jtejbu l-kwalita tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin.