Internazzjonali Kurżitajiet

Il-Prinċep Harry se jippubblika l-ewwel ktieb tiegħu f’Jannar li ġej

Il-Prinċep Harry se jkun qiegħed jippubblika ktieb ġdid fl-10 ta’ Jannar li ġej.

Il-ktieb, bit-titlu ‘Spare’, se jkun qed jiffoka fuq id-deċiżjoni diffiċli li jirrilaxxa l-poter Rjali tiegħu, sabiex jibbaża ruħu mill-ġdid fl-Istati Uniti. Il-ktieb jispjega l-pożizzjoni tiegħu fil-Familja Rjali, bħala membru li probabbilment qatt mhu se jieħu t-titlu ta’ Re.

Il-ktieb inkiteb qabel il-mewt tar-Reġina Eliżabetta II, meta issa missieru sar ir-Re tar-Renju Unit.

Meta il-Prinċep Harry ħa d-deċiżjoni li jippubblika dan il-ktieb, hu wiegħed li se jkun trasparenti u onest fuq it-tajjeb u l-ħażin kollu ta’ ħajtu.

Il-ktieb – li hu f’forma ta’ kollezzjoni ta’ memorji – se jkun disponibbli f’16-il lingwa differenti, b’ammont mid-dħul finanzjarju jmur għal-entitajiet tal-karità Brittaniċi, fosthom Sentebale u WellChild.