Lokali

Jittella’ katavru ieħor mill-baħar

Jittella’ katavru ieħor mill-ibħra Maltin din id-darba miż-żona magħrufa bħala Hurds Bank.

It-Tlieta għal ħabta tat-3:00pm il-Pulizija ġiet infurmata li ntlemaħ ġisem ta’ persuna fil-baħar, madwar 15-il mil nawtiku ‘l barra mill-kosta, fiż-żona magħrufa bħala Hurds Bank.

Hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata b’dan ir-rapport issejħet minnufih l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta li marru fuq il-post. Hemmhekk instab katavru fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni, li ttella’ fuq Patrol Boat u iddaħħal f’Xatt it-Tiben.

Awtopsja fuq il-katavru mistennija titfa’ aktar dawl fuq il-każ.

Bis-sejba ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.