Futbol Sport

Kampjonat tan-Nisa: Birkirkara jirbħu lir-rivali antiki Hibernians

Fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali intlagħabet ir-raba’ ġurnata tal-Kampjonat tan-nisa Assikura biċ-Chamions Birkirkara jirbħu l-partita prinċipali kontra Hibernians 2-0. Swieqi u Raiders ukoll kisbu rebħiet kontra San Ġwann u Mġarr United rispettivament

Birkirkara 2-0 Hibernians

Fil-partita prinċipali r-rebbieħa tal-Kampjonat li għadda Birkirkara, għelbu lil Hibernians 2-0 . Għat tim immexxi minn Jose’ Borg kienet it-72 partita tal-Kampjonat li fihom Birkirkara ma sfawx megħluba. Filwaqt li għal Hibs kienet it-tieni telfa konsekuttiva Birkirkara saħħew posthom fl-ewwel post b’seba’ punti minn tlett partiti. Kienet Anne Marie Said li fetħet l-iskor għal Birkirkara fl-aħħar fażi tal-partita bit-tieni gowl skorjat mill-captain Stephania Farrugia.

Swieqi United 8-0 San Ġwann

Swieqi għelbu lil San Gwann bl-iskor kbir ta’ 8-0. Il-gowl għal Swieqi waslu minn tripletta ta’ Rafanny Mendoza (5′ 12′ 35′) u gowl kull wieħed ta’ Jessica Lee Dimech (30′). Tatiana Hawkins-Dabney (40’p), Shona Zammit (41′), Jasmine Vella Turner (60’p), Jade Flask (80′)

Raiders Lija 2-0 Mġarr United

Immexxija minn Denis Guerra, Raiders għelbu lil Mġarr United 2-0 . Protagonista Lexine Farrugia li skorjat iż-żewġ gowls ta’ Raiders sabiex sa issa, Farrugia skorjat seba’ gowls fil-Kampjonat.