It-tim Malti tal-kategorija Under 25’s li qiegħed jieħu sehem fil-kampjonati mondjali tal-pool ġewwa l-Irlanda kiseb post fil-finali meta xejjen l-isfida tat-tim nazzjonali tal-Indja bl-iskor konvinċenti ta’ 5-0. It-tim Malti, kompost minn Dejan Grech, Scott Muscat, Chris Zaffarese u Elcid Aquilina kien f’ forma brillianti u ma ħalla l-ebda spazju lit-tim Indjan biex jirkupra. Il-finali ser tintlagħab illum fl-10 am ħin ta’ Malta bit-tim Malti jilgħab kontra l-Irlanda.
It-tim Malti tal-Over 50’s kien impenjat fis-semi finali kontra l-Indja u safa megħlub bl-iskor ta’ 13-11. Il-plejers Maltin kienu softunati f’ diversi okkażjonijiet li dawwru r-rizultat għal telfa drammatika.
It-tim tal-Irġiel safa eliminat fil-kwarti tal-finali minn Franza bl-iskor ta’ 11-7.
Il-kopja Maltija Antione Aquilina u Ray Caruana fis-semi finali għelbu lit-team Indjan bl-iskor ta’ 5-4 biex imbagħad fil-finali f’logħba missielta tilfu kontra t-tim Ingliz kompost minn Liam Stanley u Gareth Owen bl-iskor ta’ 7-6.
Iz-żgħażugħ Malti Scott Muscat kiseb post fil-finali meta fis-semi finali tal-kategorija Under 25’s għeleb lil Morgan Thomas tal-Irlanda 7-1. Muscat fil-finali jilgħab kontra Luke Gilbert tal-Ingilterra għada fis-2pm ħin ta’ Malta.
