Leħen il-poplu m’għadu jfisser xejn għall-Gvern Laburista. Minkejja li wieħed jivvota għal dawk li jixtiequ jirrapreżentawhom fil-belt jew raħal tagħhom, dawn qed jispiċċaw m’għandhomx ir-riżorsi u s-sapport tal-Gvern biex jagħmlu x-xogħlijiet meħtieġa fil-lokalitajiet.
Hekk stqarrew iż-żewġ kunsilliera tal-PN fil-Kunsill Lokali taż-Żurrieq illi għażlu li jirtiraw mis-seduta tal-Erbgħa minħabba raġunijiet ta’ nuqqas ta’ notifikazzjoni dwar xogħijiet u azzjonijiet minn naħa tal-Gvern.
Waqt il-laqgha, il-minority leader, Kyle Mifsud qara stqarrija f’ismu u f’isem il-kunsillier Nazzjonalista Dino Bonnici fejn fost l-oħrajn semma’ kif f’sena il-Gvern naqas milli jinforma …jew saħansitra dawwar deċiżjonijiet maqbula.
Fost dawn….ittieħdu żewġ deċiżjonijiet li marru kontra dak li qabel il-Kunsill, u tliet xogħlijiet li l-Kunsill qatt ma kien mgħarraf dwarhom – iżda minflok qabdu u saru. Hu kompla jgħid li dan l-atteġjament qed jimmina l-ħidma tagħhom u jnaqqas il-poter tal-kunsilliera eletti.
Dino Bonnici spjega aħjar ma’ Net News kif dawn l-azzjonijiet qed imorru kontra r-rieda tar-residenti stess.
-Sleeping policeman fi Triq il-Qrendi – dan kontra dak li qabel il-Kunsill
-Tnehhija ta flexible bollards fi Triq Bronja – dan kontra dak li qabel il-Kunsill
-Xoghol ta trinka fi Triq Wied Babu – dan meta il-Kunsill ma kienx jaf u sar fi triq b’wiċċ ġdid li sal-lum għadha mhix lesta
-Xoghlijiet fi Vjal Blue Grotto – dan meta il-Kunsill ma kienx infurmat
-Twahhil ta’ tabella fi Triq il-Wied – dan meta il-Kunsill ma kienx infurmat
Kyle Mifsud qal li huma rtiraw mis-seduta b’messaġġ ċar lill-Gvern,
Fi tmiem din l-istqarrija, il-kunsilliera Nazzjonalista irtiraw mis-seduta b’appell għal tibdil fl-atteġġjament tal-Gvern u tal-awtoritajiet konċernati.