Il-fekruna Net, li propju ngħatat dan l-isem għaliex kienet maqbuda f’xibka b’ganċ f’ħalqha f’Diċembru li għadda, ġiet rilaxxata fil-baħar fil-Bajja tal-Mixquqa wara perjodu ta’ riabilitazzjoni fil-Forti San Luċjan.
L-avveniment li fih ġiet rilaxxata kien koordinat mill-Fondazzjoni għall-Edukazzjoni Ambjentali u Nature Trust Malta, bħala parti mill-kampanja internazzjonali ‘Litter Less’. Din qed issir bil-għan li jedukaw lit-tfal dwar l-iskart u kif jagħmlu deċiżjonijiet aħjar għall-ambjent – kampanja li ġiet imnedija fl-2011, u li issa tinsab fil-ħames fażi tagħha.
Preżenti għal din l-attività kien hemm fost l-oħrajn il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli, Miriam Dalli, rappreżentanti tal-Young Reporters for the Environment Malta, l-ERA, Wasteserv Malta u tfal minn diversi skejjel membri tal-EkoSkola.

