Futbol Sport

UEFA Champions League: Inter u Liverpool jikkwalifikaw

(Ritratt: EPA)

Grupp ALiverpool riedu biss draw mill-konfront kontra Ajax f’Amsterdam u minflok kisbu rebħa kbira ta’ 3-0. Għal Liverpool goal ta’ Salah fl-ewwel taqsima u oħrajn ta’ Nunez u Elliott wara l-intervall. Napoli kisbu l-ħames rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Rangers 3-0 b’doppjetta ta’ Siemone kmieni fil-logħba u gowl ieħor ta’ Ostigard fit-80 minuta.

Grupp BPorto taw l-ewwel telfa lil Brugge fejn għal Brugge dawn kienu l-ewwel gowls li qalgħu f’din il-kompetizzjoni. Għal Porto doppjetta ta’ Taremi u gowls ta’ Evanilson u Eustaquio. Fil-logħba l-oħra draw drammatiku ta’ 2-2 bejn Atletico u Leverkusen, riżultat li bih Porto għaddew għat-tieni rawnd. Ta’ min jgħid li Atletico fallew ċans tad-deheb li jiskbu r-rebħameta Carrasco falla penalty fit-98 minuta. Leverkusen fetħu l-iskor permezz ta’ Diaby wara 9 minuti iżda Carrasco kiseb id-draw fit-22 minuta. Hudson-Odoi reġa’ poġġa lil Leverkusen minn fuq iżda kmieni fit-tieni taqsima De Paul kiseb id-draw għall-Ispanjoli.

Grupp CInter għaddew mal-aħħar sittax b’rebħa mpressjonanti fuq Plzen 4-0 f’San Siro. Mkhitaryan u Dzeko taw vantaġġ doppju lil Inter sal-intervall, b’Dzeko jiskorja gowl ieħor fit-tieni taqsima u Lukaku ċċelebra r-ritorn tiegħu wara injury billi skorja r-reba’ gowl. B’dan ir-riżultat Barcelona kienu awtomatikament eliminati u fil-Camp Nou sofrew disfatta oħra meta kienu megħluba 3-0 minn Bayern Munich. Għaċ-champions Ġermaniżi gowls ta’ Mane’ u Choupo-Moting fl-ewwel nofs siegħa tal-logħba u t-tielet gowl ta’ Pavard fil-95 minuta.

Grupp D – Dan il-grupp hu l-iktar wieħed bilanċjat bl-erba’ timijiet għadhom biċ-ċans li jikkwalifikaw. Eintracht għelbu lil Marseille 2-1 bil-gowls kollha skorjati fl-ewwel taqsima. Kamada fetaħ l-iskor fit-tielet minuta, Guendouzi kiseb id-draw fit-22 minuta u Kolo Muani skorja dak li kellu jkun il-gowl rebbieħ fis-27 minuta.Tottenham kellhom jikkuntentaw bi draw f’Londra kontra Sporting. Edwards fetaħ l-iskor għal Sporting u Bentancour kiseb id-draw fit-80 minuta. Harry Kane kellu gowl imħassar fis-96 minuta.

Riżultati

Grupp A:

Napoli 3-0 Rangers               

Ajax0-3 Liverpool               

Grupp B:

Brugge 0-4 Porto                  

Atletico2-2 Leverkusen       

Grupp C:

Inter 4-0 Plzen                  

Barcelona 0-3 Bayern           

Grupp D:

Frankfurt 2-1 Marseille         

Tottenham 1-1 Sporting