Futbol Sport

UEFA Europa League: Teddy Teuma protagonist fi kwalifikazzjoni għal Royale Union Saint-Gilloise

(Ritratt: EPA)

Grupp D: Malmö 0-2 Royale Union Saint-Gilloise

L-internazzjonali Malti Teddy Teuma jkompli jispikka għal Royale Union Saint-Gilloise hekk kif illejla kien protagonist b’gowl u assist fl-Europa League. Dan hekk kif Royale Union Saint-Gilloise rebħu 2-0 barra minn darhom kontra Malmö FF fi Grupp D, bil-Belġjani issa jinsabu 4 punti vantaġġ fil-quċċata u b’hekk assiguraw li se jirbħu Grupp D. Illejla, kien Teddy Teuma li fetaħ l-iskor b’gowl fl-10 minuta tal-logħba, biex fit-42 minuta ta l-assist għall-gowl ta’ Lazare Amani, li ssiġilla l-logħba għal skor finali ta’ 2-0. Royale Union Saint-Gilloise issa jonqoshom biss logħba kontra 1. FC Union Berlin, li jinsabu fit-tieni post u għadhom m’assigurawx passaġġ mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni.

Grupp A : PSV Eindhoven 2-0 Arsenal

Mossa tattika mill-kowc ta’ PSV Eindhoven , Ruud Van Nistelrooy meta għat tieni taqsima biddel lil Anwar el Ghazi ma’ Luuk De Jong għamlet id-differenza kollha fl-andament tal-partita u wisq aktar fuq ir-riżultat. 0 – 0 sa tmiem l-ewwel taqsima. Fil-55 minuta minn azzjoni ta’ De Jong kien JOEY VEERMAN li għeleb lil Aaron Ramsdale. Ebda reazzjoni minn Arsenal li tmien minuti wara sofrew it-tieni gowl. Minn pass ta’ Cody Gakpo kien LUUK DE JONG li mill-ġdid għeleb lil Ramsdale u għalaq il-partita. Riżultat li wasal għall-ewwel telfa ta’ Arsenal fil-kompetizzjoni wara erba’ rebħiet konsekuttivi.

Riżultati:

UEFA Europa League:

AEK Larnaca 3-3 Dynamo Kyiv

Fenerbahce 3-3 Rennes

Lazio 2-1 Midtylland

Ludogorets 0-1 Betis

Malmo 0-2 Royale Union SG

PSV 2-0 Arsenal

Union Berlin 1-0 Braga

Zurich 2-1 Bodo/Glimt

Crena zvevda 2-1 Trabzonspor

Ferencvaros 1-1 Monaco

Freiburg 1-1 Olympiacos

HJK 1-2 Roma

Man United 3-0 Sheriff Tiraspol

Nantes 2-1 Qarabag

Omonia 0-2 R. Sociedad

Sturm Graz 1-0 Feyenoord